Anzjana ta’ 65 sena b’pensjoni ta’ ftit aktar minn €500, se tispiċċa tittallab fit-triq fi ftit ġimgħat oħra jekk ħadd ma jidħol għaliha.
Dan ġie rrappurtat fil-gazzetta lokali ‘ILLUM’, fejn l-anzjana wara li tat sehemha fid-dinja tax-xogħol, spiċċat waħedha u dalwaqt barra f’ta’ fuqha senduqha.
Il-mara ta’ 65 sena għandha €515 pensjoni, 300 minnhom kienu jmorru għall-kera, u bejn wieħed u ieħor €35 biex tħallas għall-elettriku. Dan ifisser li b’€180 l-anzjana li trid tgħaddi xahar sħiħ. Hija qalet li anki xi drabi tiddejjen kważi jekk mhux €100 fix-xahar mingħand tal-grocer.
L-anzjana qalet li hi m’għandhiex qraba, ilha tħallas il-kera għal dawn l-aħħar 19-il sena. Din il-ġimgħa qalulha li trid toħroġ mid-dar u ssib post ieħor fi żmien xahrejn. Din hija r-realtà mhux biss ta’ din l-anzjana iżda wkoll ta’ numru ta’ nies oħra li qed ibatu l-istess konsegwenzi.
Din l-anzjana rrimarkat li dawn il-problemi infatti jinsabu kullimkien, f’kull lokalità, infatti hija qalet li wħud lanqas ikunu konxji li dawn il-problemi jeżistu, għax jibqgħu fis-silenzju.
Infatti dwar dan f’mistoqsija fil-Parlament ħareġ li 60 garaxx inbidlu f’residenzi, bil-poplu Malti mhux jaffordja li jgħix għajr biss li jikri garaxx biex ikollu saqaf f’rasu. Ma nistgħux ma nagħmlux referenza għan-numru li ħarġu bosta esperti li llum il-ġurnata 300 persuna qed jgħixu fil-karozzi.
Fis-snin li ilu fil-Gvern il-Partit Laburista, kien hemm żieda fl-applikazzjonijiet għall-housing soċjali. Fl-aħħar snin ma sar l-ebda żvilupp fuq binjiet tal-housing soċjali. Dan ir-riżultat jirrifletti ftit mill-ħafna problemi li hemm f’dan is-settur u li mhux qed jiġu indirizzati mill-Gvern.
Minn naħa l-oħra kif qal ħafna drabi l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħti garanzija li meta jerġa’ jkun fil-Gvern kulħadd se jkollu saqaf rasu. Il-benesseri tan-nies u tas-soċjetà huma għal qalb il-Partit Nazzjonalista u għalhekk mill-Oppożizzjoni, qed iressaq proposti konkreti għal setturi li jinsabu f’diffikultà bil-mudell ekonomiku ta’ Gvern Laburista.
Infatti l-artiklu jagħlaq fuq kif il-ġurnalist telaq mid-dar imħasseb fuq kif akkost li jingħad li hawn dan il-ġid kollu, xorta għad fadal, u l-ammont qed jiżdied, ta’ nies li qed ikollhom dan il-problemi u anki jaf mil-lum għal għada ma jkollhomx saqaf fuq rashom.
//= $special ?>