It-Tnejn, 18 ta’ Marzu, mistenni jkun magħruf quddiem liema Maġistrat se tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Jordan Azzopardi, ta’ 29 sena, oriġinarjament mill-Iklin u residenti l-Wardija, magħruf aħjar bħala “El Chapo” ta’ Malta.
Il-Messikan Joaquín Archivaldo Guzmán Loera, magħruf bħala El Chapo, huwa meqjus bħala l-akbar traffikant tad-droga fid-dinja, u kien l-ex kap ta’ dik li tissejjaħ Sinaloa Cartle, li hija għaqda kriminali. Azzopardi kien imlaqqam għalih.
Azzopardi nżamm arrestat wara li nhar il-Ġimgħa, wieġeb mhux ħati li kien il-moħħ wara t-traffikar ta’ droga eroina u kokaina li kien qed isir minn bosta lokalitajiet fejn saru bosta rejds mill-pulizija fl-aħħar xhur.
Minn informazzjoni li għandu Net News, il-Pulizija għandha biżżejjed informazzjoni dwar l-attivita’ ta’ Azzopardi fejn mistennija tressaq xhieda importanti biex il-Qorti finalment tiddikjara li hemm provi biżżejjed biex huwa jitpoġġa taħt Att ta’ Akkuża.
Madankollu il-każ finalment ma jistax jiġi deċiż minn Qorti tal-Maġistrati għax jaqbeż iż-żmien li Maġistrat għandu l-poter li jikkundanna lil Azzopardi, f’każ ta’ ħtija, u għalhekk kollox jindika li finalment ikun ġuri li jiddeċiedi l-każ tiegħu.
Azzopardi li kien qed jgħix ħajja lussuża fil-Wardija, li kien razzett konvertit f’abitazzjoni mill-isbaħ u li għalih kien iħallas 4,000 ewro fix-xahar, qed jiġi mixli bi traffikaw kbir ta’ droga u li anke kellu fiċ-ċirkulazzjoni flus foloz fejn xi snin ilu huwa uża f’diversi ħwienet fil-Gżira Għawdxija.
Lejn l-aħħar tas-sena 2015 Jordan Azzopardi kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ mara u raġel minn Birkirkara, mixlijin li xtraw diversi oġġetti minn ħwienet permezz ta’ diversi 50 euro foloz. Huma kienu ġew mixlijin li wettqu frodi meta kienu lebsin parrokki biex ma jintarfux.
Il-każ kien beda jiġi nvestigat fis-16 ta’ Diċembru tal-2015 u kienu mixlijin li marru f’16-il ħanut biex jixtru b’dawn il-flus foloz. Huma kienu akkużati li qegħdin iduru Għawdex b’karozza tal-marka Toyota Auris u li marru f’għadd ta’ mini-markets, pet shops u ħwienet taż-żebgħa.
Minn informazzjoni li għandna, l-Pulizija ġabret informazzjoni importanti mingħand persuni, li anke mistennija jixhdu fil-Qorti dwar l-operazzjoni ta’ Azzopardi u kif tant organiżża lilu nniffsu tajjeb, li waqqaf speċi ta’ kumpanija, ovvjament mhux reġistrati biex allegatament imexxi d-droga.
Minkejja li kellu jkun kelb żgħir tar-razza Pomeranian, propjeta’ ta’ Azzopardi u li huwa tilef, li wassal lill-Pulizija biex wara diversi’ tentattivi, jarrestaw lil Azzopardi, “El Chapo” ilu jiġi segwit mill-Pulizija, li riedet issib il-ħin opportun biex tarrestah.
Azzopardi, ilu jiġi segwit mill-Pulizija wara l-kwantità ta’ rapporti dwar l-organizzazzjoni kriminali li huwa ilu jmexxi, minn diversi lokalitajiet fejn il-Pulizija għamlet diversi rejds dan l-aħħar, fosthom Pieta’, Marsa, Birkirkara u li Msida.
F’dawn il-lokalitajiet il-Pulizija sabitha diffiċli biex tidħol fil-postijiet fejn f’ħafna każi dawn kienu mbarrati bil-knaten tal-ġebel u ħadid, li kienu mibnija b’tali mod biex min jixtri d-droga ma jkunx jaf min qed jaqdih, u għalhekk dawk li jkunu qegħidn imexxu din l-attivita’ kriminali jkunu protetti.
Fil-każ tar-rejd li sar f’Tal-Pieta’, nhar il-Ħamis, 7 ta’ Marzu, l-Pulizija sabitha diffiċli biex taċċedi fil-post, sakemm irnexxielha anke ssib aċċess minn ħanut tal-kotba li jinsab bieb ma’ biex mal-appartament min fejn allegatament kienet qed tinbiegħ id-droga. Il-postijiet kienu wkoll attrezzati b’kameras tas-sigurta’ u nstab diversi aċtu biex tinqered l-evidenza kollha, kif ġara f’xi każijiet, hekk kif daħlu l-Pulizija.
Mhuwiex xi sigriet li bejn Malta u Napli hemm attivita’ kbira ta’ kriminalita’ għaddejja, mhux biss is-servizz sigriet Taljan, qegħdin isegwu b’attenzjoni dak kollu li għaddejjin minn Maltin ma’ esponenti tal-Camorra, fejn kien allegat li hemm min qed jinnegozja fuq flus foloz, anke l-ġurnali Taljani ma tantx qegħdin jagħtu sabiħa lil Malta.
“Malta, il paradiso di riciclatori e latitanti a un’ora di volo da Napoli”, kien it-titlu ta’ rapport fuq il-ġurnal STYLO24. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ fejn qed tinterroga wkoll għadd ta’ persuni li allegatament anke kienu mpjegati ma’ Jordan Azzopardi, biex imexxu d-droga.
Azzopardi tressaq il-Qorti flimkien ma’ Mario Abdilla ta’ 66 sena mill-Belt, u li iżda llum m’għandux indirzz fiss, ammetta akkużi ta’ droga u ċirkolazzjoni ta’ flus foloz ġie kundannat tliet snin ħabs. Tressqet ukoll mara ta’ 30 sena minn Bormla li isimha ma jistax jixxandar peress li hi omm ta’ ħames t’ itfal. Hija ma ammettietx u baqgħet miżmuma taħt arrest preventiv.
Sadanittant minkejja li ġie rrappurtat li Azzopardi ma jaħdimx, huwa mifhum li huwa għandu “kumpanija” ta’ li skart. Skart industrijali li għandu x’jaqsam ma’ diversi kumpaniji ta’ metall li jkunu jridu jiddosponu minnu.
//= $special ?>