Lokali

Jinġabru € 483,960 fil-Maratona Missio

Somma rekord għall-Maratona Missio, dan hekk kif is-somma li nġabret kienet ta’ € 483,960.

Net News tkellem ma’ Robert Farrugia li huwa ‘Head of Communications’ ta’ Missio Malta fejn qalilna kif bil-flus li inġabru matul it-tnax- il siegħa ta’ maratona li saret is-Sibt, ikun possibbli li  jinħolqu proġetti sostenibbli fil-missjoni li jgawdu minnhom komunitajiet sħaħ u għal tul ta’ żmien, proġetti bħal skejjel u għelieqi.

Robert Farrugia kompla jgħidilna kif is-somma tal-bieraħ, li kienet waħda rekord, timlih b’aktar kuraġġ sabiex jaħdem iktar. Huwa rringrazzja lil poplu Malti u Għawdxi talli laqgħu l-appelli ta’ Missio Malta u taw id-donazzjonijiet tagħhom.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, żar din il-maratona u wieġeb ukoll it-telefonati. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħti il-kontribut tiegħu lejn il-maratona Missiofest.

Iwieġbu it-telefonati wkoll kien hemm diversi membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u kandidati għall-Elezzjoni ta’ Mejju li ġej f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Tags