Lokali

Tkompli tirrenja t-telqa fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata

L-abbandun fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid ikompli anke wara li l-ispejjeż sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel użu minn dan iċ-ċimeterju għolew.

Dan hekk kif il-kamra tal-aħbarjiet ta’ NETNEWS qed tkompli tirċievi numru ta’ telefonati u ritratti tat-telqa li hemm f’dan iċ-Ċimiterju, fejn il-maġġoranza tal-Maltin jidfnu l-għeżież tagħhom.

Fost it-telqa kbira li jisab fiha dan iċ-ċimiterju, insibu siġar li waqgħu fuq oqbra, tankijiet taż-żibel li jdumu ma jitnaddfu minbarra li jkunu mikxufin bi fdalijiet ta’ ħwejjeġ fihom u anke oqbra mkissrin, li apparti li ma jagħtux dehra xierqa lil dan iċ-ċimiterju, qed ikunu ta’ periklu għal dawk li jżuru lil qrabathom.