Sport

Aktar atleti Maltin ta’ Special Olympics jirbħu l-midalji f’Abu Dhabi

L-atleti Maltin komplew jirbħu l-midalji fil-Logħob tad-Dinja ta’ Special Olympics f’Abu Dhabi. Illum b’kollox intrebħu ħames midalji.

Alison Bonello rebħet il-midalja tal-bronż fil-boċċi. Hi spiċċat it-tielet wara li tilef 8-5 kontra Mariam Almulla tal-Emirati Għarab Magħquda u spiċċat fi draw ta’ 10-10 kontra Maria Itati Etcheverry tal-Arġentina.

Mattheus Muscat spiċċa fit-tielet post fl-400 metru tal-atletika. L-atleta ta’ 27 sena għamel ħin ta’ 1:00.01 u daħal ftit aktar minn ħames sekondi wara r-rebbieħ.

Fil-bowling, Jessica Farrugia u Amanda Cini rebħu l-midalja tad-deheb fit-tim tad-doubles tan-nisa tal-Unified Bowling b’total ta’ 974 punt, 78 punt aktar mill-koppja tad-Danimarka. Mid-doubles tal-irġiel, Philip Gruppetta u Peter Mallia spiċċaw l-ewwel b’1172 punt.

Fiċ-ċikliżmu, Gareth Borg rebaħ il-midalja tal-fidda fit-tellieqa tat-triq tal-25 kilometru. Hu għamel ħin ta’ 47 minuta u 53 sekonda biex spiċċa qabel Matthias Gerard Mislik tal-Liechtenstein u Patrick Timmers tal-Belġju.