Il-winger ta’ Chelsea Callum Hudson-Odoi ssejjaħ mat-tim nazzjonali Ingliż għall-ewwel darba għaż-żewġ partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2020 kontra r-Repubblika Ċeka u l-Montenegro.
Hudson-Odoi lagħab 19-il logħba għal Chelsea f’dan l-istaġun fejn skorja ħames gowls iżda għadu qatt ma beda logħba mill-bidu fil-Premier League. Il-plejer ta’ 18-il sena kien mistenni li jkun fl-iskwadra ta’ taħt il-21 sena għall-ewwel darba.
Luke Shaw ingħaqad ma’ John Stones, Fabian Delph u Ruben Loftus-Cheek li rtiraw mill-iskwadra, b’James Ward-Prowse jkun mgħajjat bħala sostitut.
Jekk jilgħab f’waħda minn dawn iż-żewġ logħbiet, Hudson-Odoi jsir it-tmien l-iżgħar plejer li jkun għamel id-debutt mat-tim Ingliż. L-Ingilterra tilgħab kontra r-Repubblika Ċeka l-Ġimgħa li ġej u barra minn darhom kontra l-Montenegro t-Tnejn 25 ta’ Marzu.
//= $special ?>