Cristiano Ronaldo kien akkużat mill-UEFA minħabba ċ-ċelebrazzjoni tiegħu fil-logħba mit-tieni leg tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions kontra Atletico Madrid. Il-Portugiż kien strumentali biex Juventus rebħu 3-0 f’Turin u eliminaw lit-tim Spanjol wara t-telfa ta’ 2-0 fil-Wanda Metropolitana.
Wara l-logħba li hu skorja t-tliet gowls li fissru il-kwalifikazzjoni, Ronaldo kkopja ċ-ċelebrazzjoni li kien għamel il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone, li għaliha rċieva multa ta’ €20,000. Wara l-ewwel logħba, Simeone kien qal li l-ġest li għamel wera li għandu l-kuraġġ jieħdu d-deċiżjonijiet iebsa, u talab apoloġija.
Fi stqarrija, il-UEFA qalet li wara stħarriġ li sar mill-Kummissjoni tal-Etika u d-Dixxiplina, b’applikazzjoni tal-artiklu 55 tar-Regolamenti Dixxiplinarji nfetaħ proċediment dixxiplinari minħabba kondotta mhux xierqa fil-konfront ta’ Cristiano Ronaldo. Il-UEFA qalet li se tiddiskuti dan il-każ il-Ħamis li ġej 21 ta’ Marzu.
Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li Cristiano Ronaldo mhux mistenni jkun sospiż għall-ewwel leg tal-kwarti tal-finali kontra Ajax, iżda bħal Simeone jirċievi multa.
//= $special ?>