Sport Sport Ieħor

Iċ-champions tat-Ten Pin Bowling OkMalta.com itemmu l-ewwel rawnd fil-quċċata

Iċ-champions lokali OkMalta.com temmew l-ewwel rawnd tal-kampjonat MAPFRE MSV Life tal-Ewwel Diviżjoni fil-quċċata, żewġ punti biss fuq ir-rivali FINA.

Iż-żewġ timijiet kellhom rebħiet identiċi ta’ 6-2. FINA spikkaw b’935 punt fl-aħħar logħba, b’logħba ta’ 277 punt minn Sue Abela.

Wara t-telfa kontra FINA, Turu’s Knights jinsabu ftit distakkati fit-tielet post tal-klassifika. Joe Cassar kellu l-ogħla logħba tal-irġiel b’277 punt. Justin Caruana Scicluna kellu l-aqwa serje tal-irġiel b’682 punt filwaqt li Cynthia Frendo Duca spikkat fis-sezzjoni tan-nisa b’645 punt.

Mauro Anastasi u Sue Abela għandha l-aħjar medja fl-aħħar rawnd. Huma t-tnejn flimkien ma’ Caruana Scicluna u Sara Xuereb se jkunu qed jipparteċipaw fil-Logħob tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling li se jsiru fil-bidu ta’ April f’pajjiżna.

Fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, Bank of Valletta jinsabu fuq quddiem segwiti minn Blitzkrieg u MIA, filwaqt li fit-Tielet Diviżjoni Pin Pals u Greens qed isegwu lil-leaders One 4 All.

Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni

OkMalta.com 60 punt, FINA 58 punt, Turu’s Knights 40 punt, Supersonic 38 punt, Royal Shock 36 punt, Blexr.com 36 punt, XS Park Towers 34 punt, Supreme 26 punt, Strike me Jabaal 20 punt, Mean Machine 12-il punt

Tags