Għawdex Lokali Transport

Il-Knisja f’Għawdex ilha tappella għal studju dwar l-impatt tal-mina

Il-Kappillani tad-Djoċesi t’Għawdex reġgħu ppubblikaw stqarrija tal-2011 dwar il-link permanenti – stqarrija li fiha qalu illi japprezzaw id-diskussjoni pubblika li għaddejja bhalissa dwar il-possibilità li l-gżejjer ta’ Għawdex u Malta jingħaqdu b’mod permanenti, iżda jemmnu li “għandu jsir studju komprensiv biex jittieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-impatt li deċiżjoni ta’ din ix-xorta jista’ jkollha fuq l-ambjent, l-ekonomija u ssoċjetà Għawdxija u biex jiġu evalwati l-vantaġġi u l-iżvataġġi li din id-deċizjoni tista’ ġġib”.

Fl-istess waqt, il-Knisja f’Għawdex titkellem ukoll dwar id-diffikultajiet straordinarji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-istudenti, il-ħaddiema, il-morda fl-isptar u l-familjari tagħhom, min jimpjega u operaturi oħra fl-oqsma tas-servizzi li jkollhom jaqsmu ripetutament bejn iż-żewġ gżejjer minħabba n-natura tal-istudju, bżonnijiet u xogħol tagħhom.