Lokali Saħħa

Il-PN bi 30 proposta konkreta biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer

Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer. C

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech, u minn Stephen Spiteri, kelliem għall-Oppożizzjioni dwar is-Saħħa, il-Partit Nazzjonalista ppreżenta dokument bi 30 proposta sabiex tissaħħaħ il-glieda kontra din il-marda.

Id-dokument jinkludi proposti studjati dwar stil ta’ ħajja u prevenzjoni, screening, provediment ta’ mediċini, sapport psikoloġiku, kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-qraba tagħhom, riżorsi u infrastrattuturi marbuta ma’ dan il-qasam u dwar il-governanza u l-politika li tirregola dan is-settur.

Francis Zammit Dimech spjega kif huwa stieden ukoll lil dawn l-NGOs jitilgħu Brussel biex jiltaqgħu ma’ NGOs bħalhom halli jkunu jistgħu jaqsmu bejniethom ideat ġodda.

Tul il-konferenza sar enfażi fost l-oħrajn dwar l-importanza tal-iscreening. Propju dwar dan kellmitna persuna li ghelbet il-marda u li għamlet appell sabiex kulħadd jagħmel it-testijiet meħtieġa u ma jibżax.

Għall-preżentazzjoni ta’ dan id-dokument attendew ukoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijet tal-Kunsilli Lokali fuq in-Naxxar u r-Rabat, Chris Deguara u Ian Vassallo.