Lokali

Is-servizz Net On Demand minn nhar il-Erbgħa

Minn nhar il-Erbgħa, wieħed se jkun jista’ jibda jara l-programmi ta’ Net TV … on demand.

Il-programmi kollha tal-istazzjon se jkunu aċċessibli biex wieħed jarahom x’ħin, kif u fejn jixtieq hu. Dan wara li nstemgħet it-talba kontinwa tat-telespettaturi tal-istazzjon.

Hekk kif l-Erbgha tintlaħaq is-somma ta’ €20,000, wieħed se jkun jista’ jara l-programmi mhux biss tat-televiżjoni, iżda wkoll uħud mill-programmi tar-radju NetFM u saħansitra l-bulettin tal-aħbarijiet. Il-programmi kollha se jitilgħu fuq is-sit ftit minuti wara li jkun spiċċa l-programm, filwaqt li se jkun qed idum fuq l-istess sit għal sena sħiħa.

Matul il-ġurnata kollha tal-Erbgha, waqt il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, il-preżentaturi se jkun qed jgħatu n-numri tat-telephone fejn wieħed se jkun jista’ jċempel biex jgħati donazzjoni. Dan se jsir sakemm finalment tintlaħaq is-somma li hemm bżonn biex jsir dan it-titjib ghall-istazzjon.

Wieħed se jkun jista’ jaċċessa Net On Demand minn nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu mis-sit net.com.mt.