Lokali

Jipprova jweġġa’ lilu nnifsu


Illejla għall-ħabta tas-7.00pm, Malti ta’ 19-il sena, li kien qed jinżamm fil-Lock-Up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija prova jweġġa lilu nnifsu.

Intervent immedjat mill-Pulizija waqqfet liż-żgħażugħ milli jwettaq l-intenzjoni tiegħu. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei bħala prekawzjoni, iżda Net News hu infurmat li wara ttieħed l-isptar Monte Carmeli.