Futbol Sport

Luis Suarez iweġġa’ l-għaksa kontra Real Betis

(Ritratt: Getty Images)

Luis Suarez se jagħmel madwar ġimagħtejn barra mill-azzjoni wara li kien mibdul fl-aħħar minuti fir-rebħa li Barcelona kellhom fuq Real Betis il-Ħadd filgħaxija. Minkejja li weġġa’ l-għaksa, Suarez hu mistenni li jkun fiżikament tajjeb biex jilgħab l-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League kontra Manchester United f’Old Trafford.

L-attakkant li skorja t-18-il gowl tal-istaġun il-Ħadd, kien mistenni li jingħaqad mal-iskwadra tal-Urugwaj għall-partita kontra l-Użbekistan, issa kawża ta’ dan l-uġigħ Suarez irtira mill-iskwadra ta’ Oscar Tabarez.Il-logħba kontra Manchester United tintlagħab l-Erbgħa 10 ta’ April, bil-partita ta’ ritorn fil-Camp Nou tintlagħab sitt ijiem wara.