Lokali

Lukanda oħra fil-Qawra tieħu n-nar

Lukanda oħra fl-istess żona tieħu n-nar wara li matul il-ġimgħa l-għaddiet inħakmet lukanda minn nirien.

In-nar beda għall-ħabta tat-8 ta’ filgħaxija fil-parti mill-lukanda Bellavista fejn jinħaslu l-ħwejjeġ. Ir-residenti ġew evakwati minnufih biex jiġi evitat xi inċident.

Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili, li fortunatament in-nar kien wieħed żgħir u li ma kkawżax ħafna ħsara. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Fit-12 ta’ Marzu, diversi turisti li kienu qed joqgħodu f’lukanda kellhom jingħataw il-kura wara li belgħu d-duħħan minn nirien li ħakmu l-ispa u s-sawna tal-lukanda Qawra Palace.