Lokali

MATUL IL-LEJL: 3 vetturi maħkuma minn nar

Tliet vetturi jieħdu n-nar f’Birkirkara għall-ħabta tal-10.30 tal-Ħadd filgħaxija.

Fuq il-post ġew imsejħa membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. It-tliet vetturi kienu Volkwagon Passat, Porche Cayenne u krejn filwaqt li kienu jinsabu f’parkeġġ privat fi Triq Josette Galea Curmi.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ filwaqt li infetħet inkjesta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo b’diversi esperti biex jgħinuha fl-investigazzjoni.