Lokali

Periklu għat-tfal fil-bandli ta’ Marsaskala

Post fejn suppost jgħati l-opportunità li t-tfal jieħdu gost jilgħabu sfortunatament sar post fejn wieħed faċilment iweġġa’.

Diversi persuni kkuntatjaw lil Net News bil-periklu kbir li jinsab fil-bandli ta’ Marsaskala.

Dan hekk kif f’dawn il-bandli hemm telqa kbira, b’saħansitra diversi ħsarat li qed jagħmluha impossibli li t-tfal jilgħabu hemmhekk. Huwa evidenti wkoll li l-art, li hija magħmula għal tal-apposta biex it-tfal jekk jaqgħu ma jweġġgħux, inqgħalet kollha b’riżultat li mhix tipproteġi lit-tfal.

Jidher li dan il-post ilu f’dan l-istat għal xhur, b’dawk responsabbli qed jibqgħu jinjoraw il-karba tar-residenti hekk kif ħallewh f’telqa u ta’ periklu għat-tfal.