Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ ferut wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Persuna sofriet ġrieħi gravi f’sit tal-kostruzzjoni f’residenza fi Triq Viani f’Tas-Sliema.

Minn informazzjoni li għandu Net News, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.25p.m. meta jidher li waqt li waqt li kienu qed isaqqfu f’sit ta’ kostruzzjoni ċeda ċint li waqa’ bil-konkos tas-saqaf b’kollox waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni ieħor fejn kienu qed jaħdmu missier u ibnu ta’ 19-il sena.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post waslu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew biex joħorġu liż-żagħżugħ minn qalb it-tifrik u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.