Sewwieq ta’ rota sofra ġirieħi ħfief wara li dalgħodu ttajjar minn vettura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7am biswit il-flyover tal-Kappara.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li joqgħod San Ġwann ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-vettura tat-tip Fiat kienet misjuqa minn Bulgaru ta’ 37 sena li joqgħod il-Gżira stess. Huwa ma kellux bżonn kura medika.
//= $special ?>