Internazzjonali

AĠĠORNATA: Arrestat raġel b’rabta mal-attakk fl-Olanda

Tal-anqas 3 peruni inqatlu u 10 oħra sfaw midruba wara sparatura li seħħet kmieni dalgħodu f’Utrecht. Mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li l-isparatura seħħet għall-ħabta tal-10:45am fuq tramm u jidher li l-aggressur wettaq aktar sparaturi f’lokalitajiet oħra.

Fl-aħħar ħin, il-pulizija Olandiża arrestat lil dak li hu suspettat li hu l-aggressur. Ir-raġel huwa Gokmen Tanis, Tork ta’ 37 sena, u li hu maħsub li hu ġiħadist li kien jiġġieled fil-gwerra taċ-Ċeċnjau kif ukoll li għandu rabtiet mal-ISIS.

Hekk kif seħħ l-attakk iċ-ċentru ta’ Utrecht waslu mal-ewwel is-servizzi ta’ emerġenza li kkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-każ seħħ f’Oktoberplain, li hi pjazza ftit ‘il barra mill-qalba ta’ din il-belt.

Il-Gvern Olandiż mal-ewwel għolla l-livell ta’ allert kontra t-terroriżmu għal livell massimu.

Iz-zona fejn seħħet l-isparatura (Sors: Twitter)

L-ewwel testimonjanzi mill-post qed jirrakkontaw il-mumenti li fihom semgħu ħsejjes ripetuti ta’ sparar, u nies mietluqa fit-triq feruti gravi.

Fiz-zona dehru wkoll il-Pulizija ta’ kontra t-terroriżmu.

Il-Pulizija f’din il-belt kienet fuq allert massimu