Sport Sport Ieħor

Team Sky mistenni jsir Team Ineos

(Ritratt: Team Sky)

Team Sky huma mistennija jħabbru sponsor ġdid li l-proprjetarju hu l-aktar Britanniku sinjur Sir Jim Ratcliffe. F’Diċembru kienu qalu li se jtemmu r-relazzjoni tagħhom fi tmiem din is-sena, b’Team Sky jirbħu tmien Tours kbar. It-tim se jissemma Team Ineos.

Ratcliffe li hu stmat li għandu aktar minn €24 biljun, kien ilu f’diskussjonijiet mal-Prinċipal ta’ Team Sky Dave Brailsford għal diversi ġimgħat. Team Sky kien ġie mniedi f’Jannar tal-2010 u kisbu total ta’ 327 rebħa.

Iċ-ċiklisti Chris Froome u Geraint Thomas rebħu bejniethom ħames darbiet it-Tour de France, u f’Settembru li għadda, Thomas iffirma kuntratt ġdid ta’ tliet snin. Iżda l-istil effiċjenti u l-finanzi li ntefqu li kienu strumentali fis-suċċess ta’ Team Sky, ma kienx popolari ma’ xi partitarji partikolarment fi Franza, wara li kienu suġġett ta’ allegazzjoni ta’ tbagħbis.

Froome kellu każ kontra d-doping li spiċċa biex twaqqa’ mill-UCI, filwaqt li Bradley Wiggins kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni dwar il-medikazzjoni li kien ħa b’rabta mal-hayfever.

L-Aġenzija Britannika kontra d-doping għamlet ukoll investigazzjoni ta’ 14-il xahar wara li pakkett misterjuż kien intbagħat lit-tabib ta’ dak iż-żmien Richard Freeman fl-2011. Team Sky, Froome u Wiggins kienu ċaħdu kollox fil-każijiet kollha.