43 każ ta’ serq f’Birzebbuga fl-ewwel 9 ġimgħat tas-sena. Kważi d-doppju tal-ammont ta’ serqiet fl-istess perjodu għas-sena li għaddiet. Din l– informazzjoni li ħarġet minn tweġiba tal-Ministru Michael Farrugia għal mistoqsijiet parlamentari magħmula mid-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone.
Iż-żieda fin-numru ta’ serqiet f’din il-lokalità jidher li hu riżultat ta’ tnaqqis fir-rondi tal-pulizija. Tnaqqis li seħħ wara li l-pulizija m’għadhomx jitħallsu talli jagħtu dan is-servizz.
Hermann Schiavone ftit tal-jiem ilu kompla biz-zjarat f’din il-lokalità u sab li s-serq mhux qed ikun limitat għal bil-lejl biss, iżda qed iseħħu fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata.
Schiavone tkellem ukoll mal-pulizija li spjegawlu li kemm ilhom ma joħorġu fuq ir-rondi, ir-rapporti ta’ serq żdiedu.
Hermann Schiavone kompla jghid li din is-sitwazzjoni tidher li teżisti ukoll f’lokalitijiet oħra, fosthom f’Ħaż-Żabbar.
//= $special ?>