Lokali

Appuntamenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija posposti għas-sena d-dieħla

Ikomplu jippresistu l-problemi fid-Dipartiment tad-Dentristrija. Dan wara li strajk fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei li ilu għaddej diversi xhur qed iwassal biex bosta appuntamenti qed ikunu posposti bi kważi sena.

Ġenitur ta’ tifel b’diżabbiltà aktar kmieni dan ix-xahar suppost kellu l-appuntament tat-tifel fid-Dipartiment tad-Dental fl-Isptar Mater Dei. Però wara li rċieva telefonata, dan l-appuntament ġie mħassar filwaqt li rċevew appuntamanet ieħor għal Frar tas-sena d-dieħla.

Huwa stqarr magħna li dawn huma affarijiet vera tal-mistħija, filwaqt li qas biss ried jemmen li dan l-appuntament ġie pospost għal madwar 11-il xahar ieħor. Sostna li wieħed mal-ewwel jinnota l-kriżi kbira li jinsab għaddej minnha bħalissa dan id-dipartiment tad-dentistrija.

Dawn l-istqarrijiet ikomplu jżiedu ma’ diversi lmenti li saru ma’ dan l-istazzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat. Fejn kienu bosta dawk li stqarrew magħna li dawn il-problemi li jinsab għaddej minnhom dan id-dipartiment qed ikunu ta’ detriment għas-saħħa tat-tfal stess.

Persuna partikolari stqarret magħna li meta marret l-Isptar minħabba li t-tifla tagħha kellha bżonn filling, din ma ġietx moqdija minhabba li ma kinitx każ urġenti. Dan appari li kkanċellawlha diversi appuntamenti wara li suppost it-tifla tagħha kellha bżonn għadd ta’ follow ups minħabba li saritilha brace. Min-naħa tal-customer care qalulha li mhux qed jaċċettaw complaints fuq id-dipatiment tad-dental.

Minħabba dan l-istrajk qed ikunu ħafna dawk il-persuni li qed ikollhom jirrikorru għal dentisti privati. Konsegwenza ta’ dan qed jispiċċaw jidħlu fi spejjeż żejda sabiex ikunu jistgħu jkomplu t-trattament li bdew fl-Isptar Mater Dei