Il-Prim Ministru ta’ New Zealand qed twiegħed illi qatt mhu se tlissen l-isem tar-raġel li wettaq l-attakk terroristiku tal-ġimgħa li għaddiet fi Christchurch.
F’indirizz emozzjonali fil-Kamra tad-Deputati, Jacinda Ardern sostniet li dan it-terrorist ried iwassal diversi messaġġi bl-attakk li wettaq. “U hu propju għalhekk li qatt mhu se tisimgħuni nsemmi ismu, biex ma jieħux aktar pubbliċita”, qalet il-Prim Ministru ta’ New Zealand.
“Nitlobkom, ejja infakkru lill-vittmi milli lir-raġel li ħasdilhom ħajjithom. Dak terrorist. Dak kriminal. Imma hu, meta nitkellem, se jkun bla isem”.
L-isparaturi tal-Ġimgħa ħallew 50 persuna mejta u numru ta’ persuni feruti gravi.
L-Awstraljan Brenton Tarrant, estremist ta’ 28 sena, diġa’ tressaq il-Qorti akkużat bi qtil.
//= $special ?>