Lokali

Il-Malta Society of Model Makers ittella’ edizzjoni oħra tal-iScale Model Expo

Għal sen’oħra l-Malta Society of Model Makers qed ittella’ esebizzjoni ta’ mijiet ta’ mudelli li l-membri tal-għaqda għamlu b’tant passjoni u reqqa għad-dettall.

Net News żar din il-wirja fejn stajna nosservaw varjetà kbira ta’ mudelli li jvarjaw fis-suġġett tagħhom … minn karozzi, għal figuri ħerġin minn films u cartoons kif ukoll vetturi armati u opri tal-baħar.

Din is-sena, il-Malta Society of Model Makers qed tippreżenta lill-pubbliku iktar minn mitt mudell li qed jiġu esebiti għall-ewwel darba.

L-Expo tal-Malta Society of Model Makers tibqa’ għaddejja sal-Ħadd li ġej, 24 ta’ Marzu, fl-Istitut Kattoliku tal-Floriana.