Għaddew ħames snin mindu il-Pulizija spiċċaw mingħajr għassa. Minflok dawn spiċċaw ġo container fi Ġnien Sant Anna.
Fi stqarrija mill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tal-lokalità, iffirmata mill-President John B Camilleri, jingħad l-komunita’ ta’ Marsakala għandha bżonn urġenti għassa tal-pulizija diċenti sabiex tilħaq u taqdi l-bżonnijiet ta’ iktar minn 15,000 resident u madwar 5,000 oħra li jżuru l-lokalità fis-sajf.
Il-Kumitat Sezzjonali jiddikjara wkoll li ma jaqbel assolutament xejn ma’ bini ta’ għassa ġdida eżatt quddiem l-iskola primarja ta’ Sant’Anna hekk kif:
- L-Għassa se tkun mibnija eżatt minflok l-unika parkeġġ għal karozzi quddiem l-Iskola primarja;
- Se jittieħdu wkoll iż-żewġ postijiet għal persuni b’diżabilità;
- Binja ta’ żewġ sulari eżatt quddiem l-iskola se jttellef id-dehra pittoreska ta’ Marsaskala u l-istudenti minflok il-bajja se jaraw il-bini tal-għassa tal-pulizija;
- L-unika triq għall-għassa se tkun magħluqa għall-vetturi waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti lejn u mill-iskola;
- Mhux aċċessibli għal min ibati biex jitla’ t-telgħa peress li din wieqfa ħafna;
- Mhux denju li jekk persuna titressaq l-għassa se tkun esposta għal dawk in-nies kollha li jinzertaw viċin l-iskola waqt id-dħul jew ħruġ tal-istudenti;
- Il-Kumitat konvint li hemm soluzzjoniiet ħafna aħjar minflok dan l-sfreġju;
- Li se jitnaqqar post ieħor miftuħ għall-pubbliku darba għal dejjem.
Għalhekk f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kumitart Sezzjonali ta’ Marsaskala jappella lill-Gvern biex ma jkomplix b’dan il-bini u jilqa’ x-xewqa tar-residenti ta’ Marsaskala.
//= $special ?>