Fuq inizjattiva tal-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar, fl-appoġġ tal-Membru Parlamentari Ryan Callus – illum ġiet organizzata l-ewwel edizzjoni tal-Providenza Bike Ride b’risq id-Dar tal-Providenza.
Mat-300 biker minn diversi klabbs lokali pparteċipaw f’din il-bike ride li ingħatat bidu f’Wied is-Sewda, Ħal Qormi u wara li saqu f’diversi partijiet ta’ Malta – ntemmet fid-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi.
Id-Deputat Ryan Callus saħaq ma’ Net News li aċċetta li jkun parti minn din l-attività ‘sabiex inwarbu d-differenzi ta’ bejnietna bil-għan li naħdmu għall-ġid tal-komunità’.
Flimkien ma’ Ryan Callus u d-deputat Rosianne Cutajar kien hemm ukoll John Bundy u Father Martin Micallef fejn saħqu dwar l-importanza ta’ attivitajiet bħal dawn għal għan daqshekk nobbli.
Tul din l-attività nġabru aktar minn €3,000.







