Internazzjonali

Ir-Renju Unit fi kriżi Kostituzzjonali

L-ispeaker tal-Parlament Ingliz John Berclow waqqaf lil May milli terġa’ tressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti il-ftehim dwar Brexit. Ftehim li diġa ġie miċħud darbtejn mill-House of Commons.

Dan sakemm il-ftehim ma jkunx mibdul sostanzjalment.

Biex għamel dan, Berclow uża ligi antika il-mijiet tas-snin.

B’din id-deċiżjoni, issa r-Renju Unit sab ruħu fi kriżi kostituzzjonali. Kien għalhekk li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May dalgħodu laqqgħet il-Kabinett tagħha biex tipprova ssib triq ohra biex tibqa għaddejja b’xogħolha.

F’kazi simili, ir-Regina Ingliza, bhala L-Kap tal-Istat, tista’ tkun mitluba xxolji l-Parlament, madankollu, Stephen Barclays, il-Ministru respibsabbli ghal Brexit cahad li hemm lol ghal dan f’dan l-istadju.

Din il-mossa taghmilha iktar difficli ghal May biex issejjah ghal vot iehor din il-gimgha ghall-hrug mill-Unjoni Ewropea.