Lokali Qorti

Jinħeles mill-arrest patt u kundizzjoni li ma jkellimx lill-mara

Missier ta’ 43 sena nħeles mill-arrest wara li kkommetta li ma jkellimx lil martu li ilu miżżewweġ magħha għal 24 sena.

Anthony Camilleri kien akkużat li hedded lil martu u kkaġunalha biża’ f’dak li d-difiża rreferiet għalih bħala inċident ta’ darba.

Fl-awla, quddiem ibnu, l-akkużat wiegħed li ma jkellimx lil martu u saħansitra jmur jgħix x’imkien ieħor.

Il-Qorti aċċettat dan u ordnat ukoll li jiffirma fl-għassa ta’ kuljum waqt li jħallas depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.