L-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti fi stqarrija esprimiet it-tħassib serju dwar is-sostenibbilità tal-pensjonijiet jekk dawn jibqgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet temporanji. Għalhekk appellat biex ikun hemm soluzzjonijiet li jkunu għat-tul u mhux biss għat-temporanju.
L-Għaqda tinsisti li din il-problema tista’ tiġi indirizzata b’mod effettiv jekk il-Gvern ifittex li jimplimenta soluzzjonijiet radikali b’kuraġġ u b’sens ta’ ġustizzja soċjali lejn il-pensjonanti.
Fl-istess stqarrija nnuttat ukoll li hemm nuqqas kbir u sejħet is-sitwazzjoni bħala waħda “prekarja” fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u t-Taqsima tal-Pensjonijiet fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali. Hija qalet li hemm bżonn li dawn jingħatawlhom ir-riżorsi meħtieġa ħalli tkun tista’ tlaħħaq mal-ħtiġijiet kollha tal-Liġi.
Sar appell ukoll biex tiġi risolta l-kwistjoni antika tal-Pensjoni tas-Servizz li baqgħet toħloq tbatija ekonomika u inġusta li għaliex jirċievu din il-pensjoni, tinħarġilhom pensjoni tas-Sigurtà Soċjali drastikament imnaqqsa.L-Għaqda ħeġġet lill-kandidati kollha li jkunu eletti fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex huma jinvestu fl-anzjani. Fosthom biex ikunu assigurati numru ta’ inċentivi u biex ma jinħolqux diskriminazzjonijiet bejn il-pensjonanti u l-anzjani.
//= $special ?>