Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Ewropej, David Stellini, waqt il-kontinwazzjoni tat-tieni qari tar-riforma tal-Kunsilli Lokali, tkellem dwar il-fondi Ewropej allokati għall-Kunsilli Lokali u appella lill-Gvern biex jinnegozja għall-istess pakkett ta’ fondi miksub minn Gvern Nazzjonalista fl-2013.
Dan għaliex l-Unjoni Ewropea kkonfermat fl-aħħar pakkett finanzjarju li tagħti trattament aktar delikat lir-reġjuni fil-periferija tal-Unjoni, irrispettivament mit-tkabbir ekonomiku skont il-GDP tal-pajjiż, tant li fil-każ ta’ Malta għandha insularità doppja kemm għax hi gżira u għaliex fl-arċipelagu hemm Għawdex.
Il-Partit Nazzjonalista bil-fatti wera biċ-ċar kemm jemmen fil-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni tal-poter minn Kastilja għall-irħula bit-twelid u t-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali, li għal Stellini qegħdin hemm biex isawwru lin-nies. David Stellini saħaq li huma ċ-ċittadini fl-irħula u r-reġjuni li jifhmu fil-ħidma meħtieġa fil-lokalitajiet u għalhekk appella lill-UE flimkien mal-Gvern biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali jaċċessaw aħjar għall-fondi kollha disponibbli, hekk kif għad hemm Kunsilli Lokali li mhumiex jirċievu fondi Ewropej.
//= $special ?>