Basketball Sport

Magħrufa l-plejers tax-xahar tal-basketball għal Frar

Connell Crossland u Luca Stefanovic ta’ Gżira Athleta u Sophie Abela ta’ Hibernians rebħu l-unuri tal-Plejers tax-Xahar għal Frar fil-kampjonati rispettivi tagħhom. Ir-rebbieħa kienu ppreżentati bi plakka kommemorattiva mill-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Peter Perotti.

Crossland kien punt bogħod milli jgħaqqad il-100 punt matul Frar. L-Amerikan twil 2.01m fosthom skorja ħamsa minn għaxra mil-linja tal-free-throw u żewġ three-pointers.

Għal Sophie Abela dan kien l-ewwel unur individwali. Hi kisbet 61 punt matul ix-xahar, bi 17 minnhom jaslu mil-linja tal-free-throw filwaqt li kumplament kienu kollha konklużjonijiet ta’ żewġ punti.

Luca Stefanovic rebaħ l-unur mill-Kampjonat tad-Dilettanti. Hu kien l-aqwa skorer tad-diviżjoni matul Frar bi 63 punt, bi tmien three-pointers u 16-il konklużjoni ta’ żewġ punti. Stefanovic irnexxielu jiskorja seba’ mid-disa’ okkażjonijiet li kellu mil-linja tal-free-throw.