Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Żażu Farrugia sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 plejer għall-ewwel żewġ impenji mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. It-tim Malti jilgħab kontra l-Gżejjer Faroe s-Sibt li ġej u tlett ijiem wara kontra Spanja.
L-uniċi żewġ plejers li ma baqgħux fl-iskwadra proviżorja huma d-difensur ta’ Birkirkara Kurt Zammit u l-winger ta’ Senglea Athletic Leighton Grech. B’hekk Matthew Guillaumier ta’ Birkirkara, Nikolai Muscat ta’ Gżira United, Karl Micallef ta’ Ħamrun Spartans u l-gowlkiper Nicky Vella ta’ Pietà Hotspurs kienu konfermati fl-iskwadra. Dawn il-plejers għadhom qatt ma lagħbu mat-tim nazzjonali.
Id-difensur Zach Muscat li hu l-uniku plejer li jilgħab barra l-pajjiż, ingħaqad mal-iskwadra Maltija fis-sessjoni tat-Tnejn filgħaxija.
Skwadra finali
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (Gżira United), Nicky Vella (Pietà Hotspurs)
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Jonathan Caruana (Valletta), Joseph Mbong (Hibernians), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Nikolai Muscat (Gżira United), Zach Muscat (SC Olhanense), Joseph Zerafa (Valletta)
Midfielders: Juan Corbalan (Gżira United), Paul Fenech (Balzan), Jake Grech (Hibernians), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Bjorn Kristensen (Hibernians), John Mintoff (Sliema Wanderers), Rowen Muscat (Valletta), Dunstan Vella (Hibernians)
Attakkanti: Michael Mifsud (Birkirkara), Luke Montebello (Birkirkara), Kyrian Nwoko (Valletta)
//= $special ?>