Ewropa Internazzjonali

Salvati aktar immigranti fil-Mediterran

Il-bastiment Mare Jonio tal-Mediterranea Saving Humans fl-aħħar 24 siegħa salva madwar 50 immigrant li kienu fuq dinghy ftit ‘il barra mill-kosta Libjana.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-immigranti sabu ruħhom f’diffikulta’ meta beda dieħel l-ilma fid-dinghy li kienu fuqu. Huma kienu mat-42 mil nawtiku mil-Libja.

Il-vapur Mare Jonio jtajjar bandiera Taljana.

Matul il-lejl, il-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini insista li l-portijiet tal-Italja jibqgħu magħluqin – b’referenza diretta għal dan l-aħħar każ relatat mal-immigrazzjoni illegali fil-Mediterran.