Mhux kull Għassa tal-Pulizija fil-gżejjer Maltin ma hija attrezzata biex tilqa’ l-vittmi ta’ vjolenza domestika sabiex il-Pulizija tiltaqa’ u tiddiskuti magħhom b’kunfidenzjalità dwar il-każijiet rispettivi. Dan ħareġ it-Tnejn filgħaxija fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija supplementari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet Ugwali, Libertajiet u Drittijiet Ċivili, Claudette Buttiġieġ.
Fejn hu l-każ li Għassa tal-Pulizija hija attrezzata biex tilqa’ għal dawn il-vittmi, li l-Ministru naqas milli jelenka liema kienu, jirriżulta li dawn il-kmamar jintużaw ukoll għal bosta skopijiet oħra fosthom interrogazzjonijiet sereni li bihom il-Pulizija tikseb aktar informazzjoni.
Il-Ministru Farrugia qal li se jintroduċi erba’ kmamar f’Malta, u oħra f’Għawdex, fi ħdan numru ta’ ċentri reġjonali, biex il-Pulizija, b’kollaborazzjoni mal-Appoġġ, jiltaqgħu mal-vittmi tal-kriminalità u tal-vjolenza domestika biex jindirizzaw il-problemi tagħhom.
//= $special ?>