Għal jum ieħor, mill-ġdid problemi għas-sidien tat-trakkijiet li qed imorru f’barriera qrib Lapsi sabiex jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni.
Il-kriżi tal-iskart tal-bini ilha għaddejja xhur sħaħ, bil-Gvern donnu ma jrid jagħmel xejn biex jindirizza din il-problema li qed toħloq inkonvenjenti kbar.
Sa dalgħodu stess fit-triq li twassal miż-Żurrieq lejn is-Siġġiewi reġgħu inġemgħu ammonti kbar ta’ trakkijiet minħabba li s-sitwazzjoni fil-barriera kważi mwaħħla kompletament.
//= $special ?>