Lokali

Il-poplu għandu għażla; jew nibqgħu kif aħna jew inbidlu r-rotta li ħa dan il-Gvern – Robert Arrigo

Il-poplu Malti jrid ikun il-ġuri bil-vot tiegħu fl-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej.

Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo meta kien qed jindirizza attività politika fil-Qrendi bit-tema Flimkien għal Pajjiżna.

Huwa tenna d-diżappunt tiegħu meta sema’ lill-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li ma jridx jippjana fit-tul. Prim Ministru li qed jgħid lill-anzjani tagħna li jekk ma naċċettawx iktar barranin f’pajjiżna, ma jkunx jista’ jħallas il-pensjoni tagħhom.

Għandna barranin li qed jiġu jaħdmu Malta bil-paga miżera, li qed jispiċċaw jgħixu f’kontejners. Tfal li qed imorru l-iskola u qed jitgħallmu f’kontejners ukoll.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li f’dawn l-aħħar 18-il xhar bħala partit ħadem ħafna biex joffri proposti proattivi lill-poplu Malti. Robert Arrigo tenna l-appell tiegħu sabiex in-Nazzjonalisti joħoġu jivvutaw fl-elezzjoniijet ta’ Mejju. Min ma jivvutax ikun qed jagħti l-credit card lil Joseph Muscat biex ikompli jirrombla minn fuq il-poplu Malti.7

Waqt l-istess attività politika tkellem ukoll il-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila…dwar l-gholi tal-hajja li qed jifni lill-anzjani u l-haddiema. Pizijiet li dwarhom jitkellmu diversi familji. L-avukat Frank Psaila tkellem ukoll dwar il-bdiewa li ngħataw kompletament il-ġenb minn dan il-Gvern.

Il-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tkellem dwar kif Adrian Delia li qed jagħti saħħtu kollha għall-Partit Nazzjonalista.

Frank Psaila temm id-diskors tiegħu b’appell sabiex in-nies iwasslu l-vuci taghhom bil-vot taghhom fl-elezzjonijiet ta’ Mejju.