Kunsilli Lokali Lokali

“In-nies inkwetati bil-kirjiet u s-servizzi tas-saħħa”

Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika tama għaż-żgħażagħ u għall-familji Maltin.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi tmiem żjara fil-lokalita ta’ Ħ’Attard fejn kellu l-okkażjoni jiltaqa’ mar-residenti, kif ukoll sidien ta’ stabbilimenti kummerċjali.

Huwa kien akkumpanjat mill-Viċi Kap ta-Partit Nazzjonalisa David Agius, mill-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, kif ukoll minn kandidati għall-elezzjonijet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru f’Mejju li ġej.

Kienu diversi r-residenti li esprimew t-tħassib tagħhom dwar is-settur tas-saħħa fejn diversi lmentaw dwar il-piż kbir fuq l-infrastrutura tas-saħħa minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni.

Is-servizz mhux talli ma tjibx imma qed isibu diffikultà biex jinqdew fosthom minħabba appuntament li qed idumu ħafna biex isiru, kif ukoll b’appuntamenti li qed jiġu posposti. C

Ir-residenti tkelllmu wkoll mal-Kap tal-PN dwar il-problema dejjem tikber tal-prezz tal-kirjiet. L-unika għażla ta’ diversi żgħażagħ qed tkun li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li se jagħti t-tama lil dawn iż-żgħażagħ.