Basketball Sport

James Harden b’rekord ieħor fl-NBA

James Harden kompla bl-istaġun fenomenali tiegħu meta sar l-ewwel plejer fl-istorja tal-NBA li għamel tal-anqas 30 punt kontra d-29 avversarju fi staġun wieħed. Harden kiseb 31 punt fir-rebħa ta’ 121-105 kontra Atlanta Hawks.

Din kienet it-48 darba f’67 logħba dan l-istaġun li tal-anqas skorja 30 punt, bl-Amerikan jispiċċa l-logħba b’10 assists u tmien rebounds. Aktar kmieni fl-istaġun, Harden kiseb 30 punt jew aktar fi 32 logħba konsekuttiva, sensiela mill-aqwa li ntemmet f’Diċembru.

Is-sensiela pożittiva tal-plejer ta’ Houston Rockets hi t-tieni l-itwal fl-istorja. Ir-rekord hu ta’ Wilt Chamberlain li fis-snin 60 tawwal is-sensiela għal 65 logħba konsekuttiva. Id-differenza bejn iż-żewġ rekords hi li fiż-żmien ta’ Chamberlain, l-NBA kellha anqas timijiet.