Il-Membri Parlamentari Ingliżi ma laħqux ftehim dwar kif għandu jseħħ il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u għaldaqstant mhux se noħorġu bi ftehim fid-29 ta’ Marzu.
Dan l-ittardjar hu ta’ dispjaċir kbir personali għalija.
Stqarret dan Theresa May hekk kif illejla ndirizzat in-nazzjon dwar is-sitwazzjoni Brexit.
Hi kompliet tgħid li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni. Sa issa, qalet May, il-Parlament għamdel dak kollu possibbli biex jevita li tittieħed deċiżjoni. Mozzjoni wara mozzjoni u emenda wara emenda, il-Parlament baqa’ ma ddeċidix xi jrid.
B’dispjaċir evidenti, May stqarret li kull ma għamlu l-membri tal-House of Commons kien li qalu dak li ma jridux. Hi għamlet appell imqanqal biex id-deputati jfittxu jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-ftehim li għamlet mal-Unjoni Ewropea. Ftehim, li May qalet huwa fidil mal-wegħda tar-referendum u li hu l-aqwa ftehim possibbli li seta’ ġie nnegozjat.
Il-Prim Ministru Ingliż qalet li hi beħsiebha tibqa’ taħdem biex tikseb l-appoġġ ta’ sħaba għal dan il-ftehim.
//= $special ?>