Lokali

Jitlef ħajtu l-anzjan ta’ 76 sena li lbieraħ kien involut f’inċident fil-Marsa

Sfortunatament tilef ħajtu l-anzjan ta’ 76 sena minn Birkirkara li kmieni t-Tlieta filgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. L-anzjan huwa t-tieni fatalita f’inċident tat-traffiku li kellna din is-sena.

Fl-istess karozza flimkien mal-anzjan kien hemm mara ta’ 74 sena, li wkoll ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Mill-ewwel indikazzjonijiet kien jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Mercedes Benz bil-konsegwenza li seħħ impatt mal-barrikati tat-triq. Huma immedjtament ittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei fejn instab li s-sewwieq sofra ġrieħi serji waqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Għal xi ħin l-anzjani, it-tnejn residenti Birkirkara, spiċċaw maqbuda fil-vettura tagħhom tant li kien hemm bżonn l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex setgħu jinħarġu.

Dwar dan il-każ inetħet inkjesta mill-Maġistrat Francesco Depasquale.