L-atleti Maltin temmew l-impenji tagħhom fil-Logħob tad-Dinja f’Abu Dhabi hekk kif uħud mill-atleti kienu fl-azzjoni fl-aħħar ġurnata.
Maria James rebħet il-midalja tal-fidda fil-100 metru breaststroke. L-atleta ta’ 17-il sena temmet it-tellieqa tagħha f’2:26.47 u daħlet ħames sekondi wara r-rebbieħa. Fil-grupp tagħha pparteċipaw sitt għawwiema iżda tnejn minnhom kienu ngħataw skwalifika.
Fl-Għawm ukoll, Maria Pia Saliba spiċċat fit-tielet post fil-50 metru backstroke b’ħin ta’ 58.19 sekonda, madwar erba’ sekondi qabel Ana Belen Figueroa tal-Urugwaj li daħlet fir-raba’ post.
Mill-Golf, Rebecca Dalli rebħet il-midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni tal-ħiliet individwali tan-nisa. Dalli li għandha 21 sena spiċċat b’total ta’ 241 punt, 21 anqas minn Honiball Edwina Linda tal-Afrika ta’ Isfel.
Alison Bonello u Cedric Peplow spiċċaw fit-tielet post minn erba’ kompetituri fil-grupp tagħhom. Fl-aħħar logħba lbieraħ, il-koppja Maltija spiċċat fi draw ta’ 6-6 kontra l-koppja mill-Bahamas. It-Tlieta, Bonello u Peplow tilfu 9-2 kontra l-Kanada iżda rebħu 5-2 kontra l-Ġordan.
//= $special ?>