Meta l-Awtorità tal-Ippjanar għaddejja f’ġirja sfrenata biex tapprova bosta torrijiet, jirriżulta li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili m’għandhiex it-tagħmir u l-inġenji meħtieġa biex tikkumbatti n-nirien f’dawn it-torrijiet għoljin.
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, it-Tnejn filgħaxija fil-Parlament qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għadha se toffri sellum twil biex jintuża mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’każ ta’ nirien f’dawn it-torrijiet. Dan filwaqt li l-istess Dipartiment jonqosha tagħmel l-investiment neċessarju għal dan.
//= $special ?>