Futbol Sport

Possibbiltà li Casillas jibqa’ ma’ Porto sa 40 sena

(Ritratt: FC Porto)

Iker Casillas iffirma kuntratt ġdid ma’ Porto li probabbilment se jarah itemm il-karriera professjonali mal-klabb Portugiż. Casillas f’Mejju jagħlaq 38 sena u l-kuntratt il-ġdid ta’ sena b’għażla għal sena oħra, jista’ jara lill-gowlkiper jirtira fl-età ta’ 40 sena.

Casillas li lagħab 167 logħba mat-tim nazzjonali ta’ Spanja, ilu ma’ Porto mill-2015 wara li sa dak iż-żmien kien lagħab biss ma’ Porto. Sa issa kellu esperjenza pożittiva ma’ Porto li bħalissa jinsabu punti ndaqs ma’ Benfica bi tmien logħbiet għat-tmiem il-kampjonat.

“Meta wasalt hawn, ħafna kienu jaħsbu li se nilgħab għal sena jew tnejn u nispiċċa. Għandi biss kliem ta’ apprezzament għal dan il-klabb. F’moħħi hemm biss FC Porto. Se nispiċċa l-karriera tiegħi hawn u nirrappreżenta l-valuri tal-klabb u l-valuri tal-partitarji ta’ Porto,” qal Casillas.