Sport Sport Ieħor

RITRATTI: Organizzat l-ewwel rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta’ mil

(Ritratt: Alex Buttigieg)

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sar l-ewwel rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta’ mil fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far. Għalkemm kien pożittiv li nkitbu biex jikkompetu madwar mitt karozza, kien hemm diversi ħsarat fil-karozzi tal-kompetituri. It-tieni rawnd se jsir bejn it-3 u l-5 ta’ Mejju.

Mario Camenzuli, Steve Bugeja, Michael Caruana, Chantelle Zammit, Jurgen Debono, Glen Caruana, Rueben Pirotta, Clint Fenech u Paul Fenech rebħu l-klassijiet tal-brackets. Aaron Farrugia, Clinton Degiorgio, Terry Gilam u Lesley Portelli rebħu l-klassijiet Index.

Iż-żewġ klassijiet bracket tal-muturi ntrebħu minn Lesley Said u Franklyn Borg. Chris Vella rebaħ il-klassi Index tal-muturi u Shawn Buttigieg rebaħ il-klassi open.

Paul Fenech rebaħ l-Open Class 1 filwaqt li John Martin rebaħ l-Open Class 2 u Extreme Class 2. Il-klassi Front Wheel Drive Open intrebħet minn Marvic Galea. Anthony Vella rebaħ il-klassi CA6 u Emmanuel Vassallo rebaħ il-klassi DTA5. Clint Fenech u Glenn Caruana rebħu l-klassijiet PS4 u SM3 rispettivament.

Miguel Montebello, Emmanuel Galea u Mario Borg rebħu l-klassijiet D4, D5 u D6 filwaqt li Alan Muscat rebaħ il-klassi DTF. Il-klassijiet Escort 2 u Escort 3 ntrebħu minn Christian Pace, Mario Borg rebaħ il-klassi Open 6 u Rueben Pirotta rebaħ il-klassi SM4.

L-iżgħar rebbieħ tal-ġurnata kien Xavier Camilleri li rebaħ il-klassi Junior Dragster u l-aħjar reazzjoni fuq id-dawl ta’ kienet ta’ Shawn Buttigieg.