Lokali Parlament

Xi tfisser il-vera riforma?

Meta kien qed jitkellem fl-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma fil-Kunsilli Lokali d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa x’se tkun tfisser il-vera riforma. Qal li ma nħallux il-ħafna kliem jiġri bina RIFORMA FIL-KUNSILLI, pero mbgħad issib li din hija waħda kożmetika.

L-għan tagħna għandu dejjem ikun li dan it-tibdil kollu għandu jwassal sabiex jitjieb l-operat u jitjiebu s-servizzi offruti lejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u mhux taparsi għaddejna liġi.

Imma x’inhija l-vera bidla radikali? “Se nagħti eżempji:- Bħal meta fl-1947 it-tmexxija ta’ Pawlu Boffa għamel Riforma soċjali, bħal pensjonijiet. U aktar qabel Gvern Nazzjonalista biddel is-sitwazzjoni u l-qagħda tar-romol u tal-iltiema fost oħrajn. Dik tfisser “riforma” – xi ħaġa mill-qiegħ nett.

FIl-bidu tas-snin 50 rajna bidla radikali fil-mod ta’ kif kien jiġi stmat il-ħaddiem. Bidla radikali oħra f’ dawn iż-żminijiet meta l-Gvern Nazzjonalista kien introduċa għall-ewwel darba l-income tax. Dawn huma uħud mir-riformi ta’ veru li saru f’ pajjiżna.

Kumitati Reġjonali

Bartolo kompla jgħid li l-Kumitati Reġjonali, qatt ma ħallew dak l-impatt mixtieq. Fir-realtà jekk immur fil-pjazza tal-Mosta u nagħmel domanda sempliċi jekk jafux li jeżisti Reġjun u kemm għandna reġjuni f’ pajjiżna u min huwa l-President u l-membri tar-Reġjun, u aħna l-Mosta f’ liema reġjun qegħdin?

U x’qegħdin niggwadanjaw mir-Reġjun? U jekk qattx rajt l-arma tar-Reġjun tat-Tramunata? …. jinduna li għad hawn ħafna nuqqas ta’ għarfien dwar il-Kumitati Reġjonali u diversi persuni lanqas biss jafu li jeżistu.

Ara rigward il-Kunsilli, b’ xi mod kulħadd jaf bihom u żgur li kulħadd xi darba jew oħra għamel użu minn xi servizz offrut minnhom. Tenna li jiddispjaċih ħafna, (u dan mhuwiex tort la tas-Sindku u lanqas tal-Kunsilliera) li xi wħud jaħsbu li l-Kunsill qiegħed hemm paraventu, minħabba li diġa naqqasna wisq mill-poter li xi darba kellhom.

Is-Sindku jeħilha ta’ kollox. Fil-“weekend” sostna l-kelliem, kellmu wieħed fuq whats up (xejn b’ton ċivili). Għaliex fi żmien li kont Sindku ma dawwartlux it-triq. Issa jekk jien kont laqqajt lir-residenti kollha u ddiskutejniha u aħna poġġejna l-problema f’ riġlejn TM, jien x’ riedni nagħmel.

U jien li dejjem imxejt kif suppost, inlaqqa r-residenti, mbgħad tiġi diskussa fil-Kunsill, u ħadna l-vot; imbgħad lejliet l-elezzjoni idur kollox il-kontra. Għidli int x’ jibqa fik? Din saħħa li jkollu f’ idejh il-Kunsill?

Mhux ta’ b’ xejn illum, kulħadd jiġri wara kulħadd, biex insibu kandidati biex joħorġu għal Kunsill. Din hi r-riforma li wieħed irid jara fil-Kunsilli.  Dwar ir -reġjuni. Jekk wieħed iħares lejn il-liġi (kif inhi s’issa) jinduna li l-funzjonijiet tar-Reġjuni huma l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali.

Dawn ukoll itteħtidilhom ir-responsabbiltà ta’ l-infurzar lokali fl-2015. L-infurzar lokali tista’ tgħid li kien mhux biss il-funzjoni prinċipali tal-Kumitati Reġjonali imma wkoll is-sors prinċipali ta’ finanzjament tagħhom. Fil-fatt dak iż-żmien f’ diversi laqgħat, kont tisma tfesfis fil-widnejn ….. “X’ se jkun il-futur tal-Kumitati Reġjonali f’pajjiżna?”

Il-Kumitati Reġjonali kienu twaqqfu biex inkunu konformi ma’ ċerti obligazzjonijiet tal-UE u sabiex inkunu eliġibbli li jkollna rappreżentanza fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-istess UE. Però l-Kumitati Reġjonali baqgħu ma ngħatawx funzjonijiet speċifiċi u s-sorsi finanzjarji meħtieġa sabiex ikunu jistgħu joperaw b’mod effettiv. Allura bilfors jkollok tistaqsi, imma l-funzjoni tar-Reġjuni, x’ inhi eżattament? Għad faddlilhom spazju? Il-bidla fil-konfini jagħmlu aktar sens.

Rakkomandazzjonijiet oħra, libreriji reġjonali li jiġu devoluti lir-Reġjuni,

li jitwaqqfu “one-stop-shops” li jservu ta’ “information hubs” f’kull Reġjun,

kull Reġjun ikollu fi ħdanu struttura soċjali li taħdem fil-qrib u tikkordina ma’ entitajiet oħra u toffri assistenza lill-entitajiet volontarji.

Il-Kumitati Reġjonali għandhom jikkordinaw l-attivitajiet kulturali u sportivi flimkien mal-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet sportivi u kulturali tar-Reġjun. Biex dan iseħħ jeħtieġ li jiġu mħaddma professjonisti bħal uffiċjal tal-fondi Ewropej, uffiċjal tas-saħħa u sigurtà, projects/contracts/works manager u espert ambjentali fost oħrajn.

Ċerti tenders fejn il-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw minħabba “economies of scale”, għandhom jinħarġu kollettivament mir-Reġjun, bħal kuntratt tal-ġbir tal-iskart, dak tal-indafa pubblika u anki l-kuntratt tal-“landscaping”. Pero r-responsabbiltà tal-operat tal-kuntratt u l-kuntatt dirett mal-kuntrattur għandu jibqa’ fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.

Pero r-riforma f’ dan ir-rigward, ukoll għandha tkun mill-qiegħ nett għal ġid tar-residenti. Mhuwiex aċċettabbli li kuntrattur jagħmel li jrid, ma jisma mill-ebda Sindku, toħroġlu d-“default notice”, u qisu ma ġara xejn għax għandu ħabib kastilja!