Il-Kunsilli Lokali għamlu bidla għall-aħjar fil-lokalitajiet tagħna. Kunsilli li ġew imwielda mill-Partit Nazzjonalista.
Hekk stqarr il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar waqt li kien qed jitkellem fil-programm TVAM fuq l-istazzjoni nazzjonali.
Robert Cutajar fakkar kif kien il-Partit Nazzjonalista li ressaq 80 proposta għall-white paper fuq il-Kunsilli Lokali, wara konsultazzjoni li saret ma’ diversi faxex tas-soċjetà. Il-Kunsilli Lokali kienu twaqqfu biex jingħata aktar poter lin-nies, mhux biex ikun il-Gvern li jiddeċiedi.
B’ironija kbira fl-istess programm, id-Deputat Laburista Silvio Parnis sostna li l-Kunsilli Lokali għandhom ikunu verament il-Gvern Lokali. Dan meta tul dawn l-aħħar xhur kellna diversi okkażjonijiet fejn rajna li l-Kunsilli Lokali tteħdulhom ħafna affarijiet minn taħt idejhom. Robert Cutajar sostna li l-Gvern ma jistax jibqa’ jieħu r-responsabbiltajiet minn idejn il-Kunsill Lokali.
Il-whip tal-Oppożizzjoni stqarr li fejn qabel kienu s-sindku li flimkien mal-kunsill jiddeċiedu flimkien fejn għandu jkun warden fil-lokalita biex jinqabad min ikun qed jabbuża, illum il-ġurnata għadda kollox f’idejn il-LESA – aġenzija li ħadd ma jaf kif qed topera.
Huwa stqarr li qabel ma wieħed imur għall-proposta ta’ Sindki full time, irid ikun hemm Gvern li jemmen bis-sħiħ fil-Kunsilli Lokali u jagħtihom ir-reponsabbiltajiet. Il-Kunsilli lokali hemm bżonn li jibqgħu jiġu konsultati. Robert Cutajar ħeġġeġ lin-nies sabiex fil-25 ta’ Mejju jagħmlu għażla għal min emmen fil-Kunsilli Lokali mill-bidu nett.
//= $special ?>