Lokali Qorti

FILMAT: “Il-ħatriet fil-Ġudikatura għandhom isiru b’mod rett”

Diversi avukati huma serjament imħassba dwar il-ħatriet fil-ġudikatura, dwar id-dewmien bla preċident f’numru ta’ kawżi. U anki dwar il-mod kif il-pubbliku qed iħares lejn il-ġustizzja f’pajjiżna.

Din il-ġimgħa, il-programm ta’ Net TV Sorsi infurmati tkellem ma’ diversi avukati li huma ismijiet stabbiliti fil-qasam legali…inkluzż l-Ispeaker Anġlu Farrugia illi għal snin twal ħadem fil-Qrati bħala avukat.

Minn investigazzjoni ġurnalistika li għamel Joe Mikallef fil-jiem li għaddew, emerġew diversi punti tassew interessanti. Fosthom kif l-Avukat Pawlu Lia, li hu l-Avukat tal-Partit Laburista u l-Avukat tal-Prim Ministru Joseph Muscat, qed ikun meqjus bħala  theddida fl-Awli minħabba li fl-istess waqt jokkupa wkoll kariga importanti fil-Kummissjoni tad-Dixxiplina.

Infatti… numru ta’ avukati oħra tkellmu dwar it-tħassib tagħhom fuq dak li għaddej fil-Qrati. Fost l-oħrajn Richard Sladden, Joe Ellis, Joe Brincat, Malcolm Mifsud u Edward Debono… b’dan tal-aħħar jitkellem fuq l-importanza li jġorr miegħu kull rwol fil-ġudikatura.

Jikkummenta wkoll l-Avukat Joe Giglio dwar is-sitwazzjoni u leġislazzjoni preżenti.

L-Avukat Arthur Azzopardi tkellem dwar il-liġi ta’ proċedura f’pajjiżna, u fuq kif ġieli din qed tkun kumplessa … bil-ħtieġa li din tiġi aġġornata.

Mill-ġdid l-Avukat Joe Giglio jikkumenta dwar il-ħatriet fil-Qrati Maltin. 0

Fid-dawl ta’ dan kollu…l-avukati li tkellmu magħna sostnew li l-ħatriet u n-nomini ta’ Maġistrati u Imħallfin fil-Bank tal-Ġudikatura għandhom isiru bl-aħjar mod possibbli u m’għandu jkun hemm lok għall-ebda ħolqien ta’ sitwazzjonijiet li jnisslu nuqqas ta’ fiduċja fil-Qrati Maltin.