Lokali

Il-President ta’ Malta f’laqgħa mal-Papa Franġisku

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kellha laqgħa mal-Papa Franġisku fil-Vatikan.

Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm iż-żamma tal-paċi u l-importanza tad-djalogu. Il-President ta’ Malta tkellmet ukoll fuq il-Laqgħat Interfaith li ġew organizzati mill-Uffiċċju tal-President mal-mexxejja tar-reliġjonijiet differenti ta’ Malta.

Marie Louise Coleiro Preca ppreżentat lill-Papa kopja tad-Dikjarazzjoni Storika Nazzjonali ta’ Interfaith li ġiet iffirmata aktar kmieni din is-sena f’Malta fl-okkażjoni tal-United Nations World Interfaith Harmony Week.

Hi ppreżentatlu wkoll ikona ta’ San Pietru u San Pawl u prodotti tipiċi Maltin u Għawdxin.

Il-President kellha wkoll laqgħa mal-Kardinal Parolin.