Ir-riħ qawwi, Forza 8, li f’dawn il-ħinijiet qed jonfoħ lejn il-kosta tal-Lvant ta’ Malta wassal sabiex ammont kbir ta’ ramel tela’ mill-bajja tal-Għadira għal fuq it-triq. Dan b’konsegwenza li diversi sewwieqa spiċċaw weħlu f’din ir-rotta sakemm ir-ramel jerġa’ jinġabar kollu.
Filmati li waslu għand Net News juru trakkijiet sħaħ ta’ ramel illi qed jerġa’ jinġabar mit-triq tal-Għadira.