Lokali

Jibda s-servizz ta’ Net On Demand

Jibda is-servizz ġdid, Net on Demand wara li nġabret is-somma ta’ €24,232.60 matul il-ġurnata tal-Erbgħa fejn saret l-inizjattiva ta’ Crowd Funding fuq Net TV u Net FM.

B’hekk wieħed minn issa ‘l quddiem se jkun jista’ jara l-programmi ta’ Net TV kif ukoll ta’ Net FM x’ħin irid minn fuq l-internet.

Ser ikunu wkoll qed jittellgħu programmi mill-passat sabiex wieħed ikun jista’ jġedded il-memorja ta’ dak li kien jintwera qabel.

Waqt intervista li saret maċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media Link Pierre Portelli fil-bulettin ta’ Net News, hu stqarr li r-rispons għal din l-inizjattiva kien aħjar milli kien maħsub. Tant li inqabżet sew iċ-ċifra ta’ €20,000.

Is-servizz ta’ Net On Demand joffri l-programmi kollha disponibbli fi ftit ħin wara li jispiċċaw, librerija ta’ skeda sħiħa, programmi mill-passat, u anke xandiriet ta’ Net FM.